Skip to main content

Avviż Legali

Termini u Kundizzjonijiet

BILLI TUŻA' DAN IS-SIT WEB U S-SERVIZZ, INTI TAQBEL LI TINTRABAT B’DAWN IT-TERMINI U KUNDIZZJONIJIET.

I. Dwar is-Sit Web

1. L-għan ġenerali tas-Sit Web huwa li jipprovdi aċċess għal Better Entrepreneurship Policy Tool (minn hawn 'il quddiem "is-Servizz"). Better Entrepreneurship Tool hija għodda ta' awtovalutazzjoni u tagħlim onlajn b'xejn dwar politiki u programmi ta’ intraprenditorija soċjali u inklużivi. L-għodda tinkludi:

• l-awtovalutazzjonijiet li jipprovdu qafas għar-riflessjoni dwar politiki u programmi ta’ intraprenditorija inklużivi u soċjali f'belt, reġjun jew pajjiż.
• noti ta’ gwida għall-politika u studji ta' każijiet ispiranti sasabiex jappoġġjaw tfassil ta’ politika aħjar.

2. L-aċċess għas-Servizz u l-materjali offruti permezz tas-Sit Web huwa miftuħ. Madankollu, teħtieġ awtentikazzjoni.

3. Il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tiżgura d-disponibbiltà bla interruzzjoni tas-Sit Web. Madankollu, l-aċċess għas-Sit Web u s-Servizz tiegħu jista’ kultant jiġi sospiż, ristrett jew imxekkel sabiex jippermetti tiswijiet, manutenzjoni, jew l-introduzzjoni ta' servizzi jew faċilitajiet ġodda.

II. Definizzjonijiet

Servizz(i) tfisser li l-Better Entrepreneurship Policy Tool kollha li tagħti lill-utenti l-possibbiltà li jwettqu valutazzjoni tal-profil intraprenditorjali tagħhom, filwaqt li jipprovdu aċċess għal rapporti msejsa fuq il-kontribut tal-utenti.

Informazzjoni u Materjali tfisser kwalunkwe kontenut inkluż dejta, test, immaġini jew vidjows disponibbli fuq is-Sit Web tal-Better Entrepreneurship Policy Tool, u fi ħdan is-Servizz, inklużi d-dokumenti pprovduti wara t-twettiq tal-awtovalutazzjoni.
Termini Ġenerali tfisser it-termini u l-kundizzjonijiet preżenti li għalihom huwa soġġett kwalunkwe użu tas-Sit Web, is-Servizz tiegħu, jew l-Informazzjoni u l-Materjali tiegħu.

III. Termini applikabbli

1. L-aċċess għal, u l-użu ta’ , kwalunkwe Informazzjoni, Materjal jew Servizz tas-Sit Web huma rregolati minn dawn it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali ta' użu, u jimplikaw aċċettazzjoni ta’ dawn it-Termini Ġenerali mill-utent.

2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li temenda dawn it-Termini Ġenerali u kwalunkwe termini speċifiċi oħra fuq is-Sit Web fi kwalunkwe ħin billi tippubblika termini u kundizzjonijiet emendati fuq is-Sit Web. Tali emendi jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha jiġu ppublikati.

IV. Sjieda

4. L-informazzjoni ppubblikata fuq is-Sit Web u s-Servizz, huma proprjetà tal-Unjoni Ewropea u l-OECD.

5. Drittijiet ta’ proprjetà, inkluż id-drittijiet tal-awtur, applikati għall-kontenut kollu disponibbli permezz ta' dan is-Sit Web huma vestiti mis-sidien rispettivi tagħhom. 

L-aċċess għall-informazzjoni, materjal u Servizz tas-Sit Web ma jagħti lill-utenti l-ebda sjieda tagħhom. Id-drittijiet kollha mhux speċifikament mogħtija hawnhekk huma riżervati mill-proprjetarju(i) rispettiv.

V. Dritt ta’ użu u limitazzjonijiet

1. L-aċċess għall-Informazzjoni, Materjal u Servizz ta’ dan is-Sit Web jingħata għall-iskopijiet deskritti fil-punt I hawn fuq, fl-ambitu u l-għanijiet segwiti mill-Kummissjoni Ewropea.

2. L-Użu tal-Informazzjoni, Materjal u Servizz ta’ dan is-Sit Web huwa rregolat kif ġej.

L-utenti jistgħu:

a) jużaw għal skopijiet mhux kummerċjali tagħhom stess, mingħajr ma jimmodifikaw, l-Informazzjoni, Materjal u Servizz ta’ dan is-Sit Web:

b) iwettqu awtovalutazzjoni, kif deskritt fil-punt I.1 hawn fuq;

L-utenti m'għandhomx:

a) jużaw l-Informazzjoni, Materjali jew Servizz għal skopijiet kummerċjali;

b) iwettqu kwalunkwe attività li tista’ tagħmel ħsara jew tikser l-għanijiet tas-Sit 
Web u tas-Servizz; b'mod partikolari, l-utenti m'għandhomx jaffettwaw l-istatus bla ħlas tas-Sit Web u tas-Servizz, billi jagħmlu użu kummerċjali barra minnu.

VI. Restrizzjonijiet

Il-liċenzja ta’ hawn fuq ma tkoprix informazzjoni li għaliha japplika kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali mogħti jew pendenti (per eżempju, trademarks, disinji u drittijiet ta’ database). F’dawn il-każijiet, u fi kwalunkwe każ fejn l-użu kummerċjali huwa meħtieġ, l-utenti huma mħeġġa jfittxu permess speċifiku u espliċitu mill-Kummissjoni Ewropea.

It-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali preżenti ma jawtorizzawx l-użu tal-Kummissjoni Ewropea jew l-identità viżwali u l-logo tal-OECD. Dawn huma soġġetti għal termini u kundizzjonijiet speċifiċi li inti tista’ tikkonsulta rispettivament hawnhekk [link għal https://ec.europa.eu/info/resources-partners/european-commission-visual-identity_en ] u hawnhekk. [link għal http://www.oecd.org/termsandconditions/]

Kwalunkwe drittijiet li ma humiex mogħtija espliċitament taħt dawn it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali huma suġġetti għal talbiet speċifiċi għall-permess mill-Kummissjoni Ewropea.

VII. Ċaħda

Filwaqt li tistinka sabiex iżżomm l-Informazzjoni, il-Materjal u s-Servizz f'waqthom u preċiżi, il-Kummissjoni Ewropea ma tagħmel l-ebda pretensjonijiet, assikuranza, jew garanziji dwar l-eżattezza, il-kompletezza, jew l-a+C7degwatezza tal-materjali u s-servizzi disponibbli permezz tas-Sit Web u, għalhekk, espressament tiċħad ir-responsabbiltà tagħha għal żbalji u ommissjonijiet sal-limitu massimu permess mil-liġi.

VIII. Ipproċessar u protezzjoni tad-data

F’dawk il-każijiet fejn dan is-Sit Web teħtieġ dejta personali dwarek, tali informazzjoni għandha tkun ittrattata skont ir-Regolament (UE) 2016/6791, ir-Regolament Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Dejta, link [link għal https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1532348683434&uri=CELEX:02016R0679-20160504 ].

IX. Kuntatt

Għal mistoqsijiet rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw is-Sit Web jew is-Servizz u sabiex tfittex permess speċifiku u espliċitu, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: enquiries@betterentrepreneurship.eu