PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK
Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.
Operazzjoni tal-ipproċessar: L-Għodda ta’ Politika ta’ Intraprenditorija Aħjar
Kontrollur tad-Data: EMPL.G.3
Referenza tar-rekord: DPR-EC-01892
Werrej
1. Introduzzjoni
2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek?
4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
5. Kemm inżommu d-data personali tiegħek?
6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min hija żvelata?
8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
9. Dettalji ta’ kuntatt
10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata?
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hija impenjata biex tipproteġi d-data personali tiegħek u biex tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa aktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).
Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tispjega r-raġuni għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru, nittrattaw u niżguraw il-protezzjoni tad-data personali kollha pprovduta, kif dik l-informazzjoni tintuża u x’drittijiet għandek fir-rigward tad-data personali tiegħek. Tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
L-informazzjoni b’rabta mal-operazzjoni ta’ pproċessar “Għodda ta’ Politika ta’ Intraprenditorija Aħjar” li saret minn EMPL.G.3 hija ppreżentata hawn taħt.
2. Għaliex u kif nipproċessaw id-data personali tiegħek?
L-għan tal-operazzjoni tal-ipproċessar: Aċċess limitat għas-sit web huwa possibbli mingħajr ma tidħol, għalhekk l-ebda data personali mhi meħtieġa f’dan il-każ.
Meta tidħol fis-sit web, is-suġġett tad-data jrid jipprovdi indirizz tal-email. Ladarba jkun daħal, is-suġġett tad-data għandu aċċess għal valutazzjonijiet li saru qabel u jista’ wkoll jistieden oħrajn biex jagħmlu l-valutazzjoni fi grupp u jirrevedu r-riżultati preċedenti u jaraw kif jevolvu maż-żmien. L-indirizz tal-email ma jsirx pubbliku.
Meta timla l-valutazzjonijiet is-suġġett tad-data jista’ jipprovdi informazzjoni dwar it-tip ta’ min iħaddem li jista’ jidentifikah/jidentifikaha.
Qabel ma l-utent ikun jista’ jistieden oħrajn biex jagħmlu l-valutazzjoni fi grupp, l-utent irid jimmarka kaxxa, li tiddikjara li “inkiseb kunsens minn qabel mill-persuni li l-indirizzi tal-email tagħhom jintużaw f’din l-istedina“.
Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż tfassil ta’ profil.
3. Fuq liema bażi(jiet) legali nipproċessaw id-data personali tiegħek
Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek, għaliex:
(d) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha għal għan speċifiku wieħed jew aktar.
L-ipproċessar tad-data huwa skont l-Artikolu 5 paragrafu (d)tar-Regolament (UE) 2018/1725, fejn is-suġġett tad-data jkun ta kunsens mhux ambigwu għall-ipproċessar tad-data.
4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?
Sabiex titwettaq din l-operazzjoni ta’ pproċessar, EMPL.G.3 jiġbor il-kategoriji ta’ data personali li ġejjin:
a) Informazzjoni li tipprovdilna. Meta tuża s-sit web tagħna, inkluż meta toħloq kont tal-utent, tibda jew tissottometti awtovalutazzjoni, jew meta tistaqsi mistoqsija permezz tal-indirizz elettroniku funzjonali tas-sit web, tista’ tagħtina informazzjoni li tidentifika lilek jew lill-kuntatti tiegħek (“informazzjoni personali”), bħall-indirizz tal-email tiegħek.
b) Informazzjoni li niġbru mingħandek awtomatikament. Meta tuża s-sit web, nistgħu wkoll niġbru informazzjoni dwar l-użu tiegħek tas-sit web u l-apparat użat biex taċċessa s-sit web li tirrelata miegħek, iżda waħedha din l-informazzjoni miġbura ma tidentifikakx (“informazzjoni mhux personali”). Tali informazzjoni tinkludi dawn id-dettalji tiegħek:
· L-indirizz IP u l-post tal-pajjiż
· Informazzjoni tal-brawżer (inkluż it-tip tal-brawżer, il-kapaċitajiet, u l-lingwa)
· Sistema operattiva
· Id-data u l-ħin li inti aċċessajt is-sit web
· Informazzjoni dwar l-użu tas-sit web, inklużi d-direzzjonijiet meħuda hekk kif timxi minn sit web jew paġna web għal sit web jew paġna web oħra.
Sal-punt li s-sit web jassoċja l-informazzjoni personali tiegħek ma’ informazzjoni mhux personali, aħna se nittrattaw l-informazzjoni kollha assoċjata bħala informazzjoni personali taħt din id-Dikjarazzjoni ta’ Privatezza.
5. Għal kemm inżommu d-data personali tiegħek?
EMPL.G.3 iżżomm id-data personali tiegħek biss għaż-żmien meħtieġ biex tissodisfa l-għan tal-ġbir jew l-ipproċessar ulterjuri, jiġifieri għal ħames snin.
6. Kif nipproteġu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?
Id-data personali kollha f’format elettroniku (e-mails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet ta’ data mtellgħin, eċċ.) tinħażen fuq is-servers tal-kuntrattur tal-Kummissjoni Ewropea (NETCOMPANY-INTRASOFT S.A. & NTT DATA). L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta’ Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea. Il-proċessur tal-Kummissjoni huwa bbażat fi Stat Membru tal-UE u huwa marbut bi klawżola kuntrattwali speċifika għal kwalunkwe operazzjoni tal-ipproċessar tad-data tiegħek f’isem il-Kummissjoni, u mill-obbligi ta’ kunfidenzjalità li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fl-Istati Membri tal-UEi (Regolament “GDPR” (UE) 2016/679).
Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf ta’ data, alterazzjoni ta’ data jew aċċess mhux awtorizzat, b’kont meħud tar-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li qed tiġi pproċessata. Miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima li jkunu jafu għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.
7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi żvelata?
L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-persunal tal-Kummissjoni responsabbli mit-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa għall-informazzjoni”. Tali persunal jirrispetta l-ftehimiet statutorji, u meta meħtieġ, il-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità addizzjonali.
Il-kontrollur se jittrażmetti d-data personali tiegħek lill-kuntrattur (proċessur) tiegħu abbażi ta’ kuntratt skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
L-informazzjoni li niġbru mhux se tingħata lil ebda parti terza, ħlief sal-punt u għall-iskop li nistgħu nkunu meħtieġa li nagħmlu dan bil-liġi.
8. X’inhuma d-drittijiet tiegħek u kif tista’ teżerċitahom?
Għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” taħt il-Kapitolu III (Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tirrettifika jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Fejn applikabbli, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.
Inti tajt il-kunsens li tipprovdi d-data personali tiegħek lil EMPL.G.3 għall-operazzjoni ta’ pproċessar preżenti. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk meħtieġ, tist’ tindirizza wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom huma mogħtija taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.
Fejn tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni speċifika ta’ pproċessar waħda jew aktar, jekk jogħġbok ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat taħt l-Intestatura 10 hawn taħt) fit-talba tiegħek.
- Il-Kontrollur tad-Data
Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment dwar il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, l-EMPL, fuq enquiries@betterentrepreneurship.eu
- L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/ 1725.
- Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Għandek id-dritt li tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 ma ġewx irrispettati bħala riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek mill-Kontrollur tad-Data.
10. Fejn tista’ ssib informazzjoni aktar dettaljata?
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-Kummissjoni jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar fuq data personali mill-Kummissjoni, li ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru permezz tal-ħolqa segwenti: http://ec.europa.eu/dpo-register.
Din l-operazzjoni speċifika ta’ pproċessar ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-referenza tar-Rekord li ġejja: DPR-EC-01892.