Skip to main content

Appoġġ lill-persuni qiegħda fl-awtovalutazzjoni tal-intraprenditorija

01
Mhux mibdi
02
Mhux mibdi
03
Mhux mibdi
04
Mhux mibdi
05
Mhux mibdi
06
Mhux mibdi
Ivvaluta kull modulu fuq skala minn 0 sa 10. Jekk m’għandekx tweġiba jew il-mistoqsija mhix rilevanti għall-kuntest tiegħek, jekk jogħġbok poġġi l-cursor fuq “Ebda risposta” fin-naħa tax-xellug tal-iskala.
Għajnuna

It-trawwim ta’ kultura intraprenditorjali inklużiva

Iż-żieda fl-għarfien dwar il-potenzjal tal-intraprenditorija bħala alternattiva għall-impjiegi dipendenti hija l-ewwel pass biex tinfetaħ l-intraprenditorija għal kulħadd. Dan il-modulu jkopri metodi ta’ promozzjoni bħal kampanji ta’ għarfien immirati, edukattivi u l-użu ta’ mudelli.
Unemployed Quiz Culture
1.1 L-intraprenditorija għall-qiegħda tiġi promossa b’mod mifrux fis-soċjetà.
PUNTEĠĠ BAXX
PUNTEĠĠ GĦOLI
Punteġġ għoli jinkludi:
  • L-intraprenditorija tiġi promossa bħala attività vijabbli għall-qiegħda u għall-persuni mingħajr xogħol.
  • Tinħoloq immaġni pożittiva tal-potenzjal imprenditorjali fost il-qiegħda.
  • L-impatt ekonomiku tal-intraprenditorija xprunata mill-qiegħda jiġi kkomunikat.
  • Jintużaw stejjer ta’ suċċess, mudelli ta’ mġiba u premjijiet tal-intraprenditorija biex jiġu ppreżentati imprendituri minn varjetà wiesgħa ta’ sfondi, inklużi dawk li kienu qiegħda.
  • Miżuri attivi tas-suq tax-xogħol jinkludu miżuri ta’ appoġġ għall-ħolqien tan-negozju għall-qiegħda.
1.2 L-intraprenditorija tiġi promossa għal profili differenti tal-qiegħda.
PUNTEĠĠ BAXX
PUNTEĠĠ GĦOLI
Punteġġ għoli jinkludi:
  • Kampanji, stejjer ta’ suċċess, mudelli ta’ mġiba u premjijiet tal-intraprenditorija jintużaw biex jispiraw lill-qiegħda u jiġu ppreżentati imprendituri minn varjetà wiesgħa ta’ sfondi, inklużi dawk li kienu qiegħda.
  • Il-messaġġi jitfasslu apposta għal profili differenti tal-qiegħda, pereżempju, għal gradwati u studenti li ma baqgħux jistudjaw.
  • Jintużaw messaġġi xierqa biex jagħtu informazzjoni dwar ir-rwol tar-riskju fl-intraprenditorija.
  • Jintużaw mezzi tal-midja u online xierqa biex jintlaħqu l-qiegħda. /span>
1.3 Il-kampanji mmirati jippromwovu l-intraprenditorija mill-qiegħda lil mudelli ta’ mġiba ewlenin.
PUNTEĠĠ BAXX
PUNTEĠĠ GĦOLI
Punteġġ għoli jinkludi:
  • Il-kampanji mmirati jinfurmaw lill-konsulenti tal-karrieri, lis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u lill-unions dwar il-potenzjal tal-intraprenditorija.
  • Tinħoloq immaġni pożittiva tal-intraprenditorija mill-qiegħda.
  • Jintużaw mezzi tal-midja u online ierqa biex jintlaħqu mudelli ta’ mġiba ewlenin għall-imprendituri potenzjali minn gruppi differenti tal-qiegħda.
1.4 L-edukazzjoni formali tibni attitudnijiet pożittivi lejn l-intraprenditorija.
PUNTEĠĠ BAXX
PUNTEĠĠ GĦOLI
Punteġġ għoli jinkludi:
  • L-intraprenditorija tiġi ppreżentata f’dawl pożittiv fil-kurrikuli obbligatorji fl-iskejjel.
  • L-edukazzjoni dwar l-intraprenditorija tkopri varjetà wiesgħa ta’ attivitajiet u mudelli tal-intraprenditorija, eż. intraprenditorija part-time, intraprenditorija soċjali.
  • L-għalliema jirċievu taħriġ dwar kif jippreżentaw il-kurrikuli dwar l-intraprenditorija.
  • L-istudenti jiġu mħeġġa jikkunsidraw l-intraprenditorija bħala karriera.
1.5 Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jintużaw biex jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet ta’ promozzjoni tal-intraprenditorija fuq il-qiegħda.
PUNTEĠĠ BAXX
PUNTEĠĠ GĦOLI
Punteġġ għoli jinkludi:
  • Il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu jsiru sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ promozzjoni jkunu fid-direzzjoni t-tajba biex jilħqu l-għanijiet u l-objettivi tagħhom.
  • L-attivitajiet ta’ promozzjoni jiġu aġġustati sabiex jitqiesu r-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu.
  • L-evalwazzjonijiet ex post isiru sabiex jitkejjel l-impatt tal-attivitajiet ta’ promozzjoni tal-intraprenditorija mmirati lejn il-qiegħda, u r-riżultati jiġu rrapportati b’mod mifrux.
  • Ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni jiġu rrapportati b’mod mifrux u jintużaw biex jitjiebu l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.
Għajnuna għal dan il-modulu
Noti ta’ gwida:
Glossarju:
Evalwazzjoni
l-objettiv tal-evalwazzjoni huwa li tkejjel ir-rilevanza, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza ta’ programm jew azzjoni ta’ politika. L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu kwalitattivi, kwantitattivi jew taħlita tat-tnejn. Evalwazzjonijiet ta’ suċċess jiġu ppjanati waqt it-tfassil tal-politiki u, matul l-implimentazzjoni, jinġabru indikaturi biex jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni. L-evalwazzjoni għandha titfassal u tiġi implimentata b’modi li jipprovdu informazzjoni utli lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi politiċi, ir-restrizzjonijiet tal-programm u r-riżorsi disponibbli. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni għandhom jintużaw biex jitjieb it-tfassil tal-politiki.sign.
Garanziji għal self
impenn minn parti terza li tkopri parti mit-telf relatat ma’ inadempjenza ta’ self. Dan jista’ jingħata mill-gvern u/jew minn assoċjazzjoni ta’ impriżi privati. Dan jiġi appoġġjat minn fond li jaġixxi bħala kollateral.
Ikkowċjar
relazzjoni tipikament qasira mmirata biex tiżviluppa l-ħiliet ta’ imprenditur. Dan huwa proċess kollaborattiv li fih il-parteċipanti għandhom rwoli ddefiniti b’mod ċar. Il-kowċ huwa responsabbli biex jiżviluppa għanijiet fuq medda ta’ żmien qasira u jmexxi lil dak li jkun qed jiġi kkowċjat lejn l-għanijiet billi jipprovdi feedback kostruttiv. Il-kowċ huwa responsabbli biex jiġġenera ideat u għażliet, jieħu azzjoni biex jilħaq l-għan, u jirrapporta dwar il-progress..
Imprendituri serjali
imprendituri li suċċessivament jibdew negozji u jbigħuhom meta jkunu għadhom żgħar minflok ma jħaddmu negozju matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu.ess over its full life cycle.
Inkubaturi tan-negozju
faċilitajiet imfassla biex jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta’ kumpaniji intraprenditorjali permezz ta’ firxa ta’ riżorsi u servizzi ta’ appoġġ għan-negozju, li t-tnejn li huma jiġu offruti direttament fl-inkubatur u permezz tan-netwerk ta’ kuntatti tagħha. L-inkubaturi jvarjaw fil-mod kif iwasslu s-servizzi tagħhom fl-istruttura organizzattiva tagħhom u fit-tipi ta’ klijenti li jaqdu. Filwaqt li jeżistu inkubaturi virtwali/online, ħafna mill-programmi jospitaw negozji ġodda fil-bini tagħhom għal perjodu ta’ żmien limitat. Jekk programm ta’ inkubazzjoni ta’ negozju jitlesta b’suċċess, dan iżid il-probabbiltà li negozju ġdid se jibqa’ jaħdem u jikber.
Kapital soċjali
il-valur tan-netwerks soċjali, li jinvolu l-familja, il-ħbieb, il-kollegi, u l-kuntatti tan-negozju u personali li permezz tagħhom jiġu rċevuti opportunitajiet. Fl-intraprenditorija, il-kapital soċjali jipprovdi aċċess għal għarfien, netwerks ta’ klijenti, fornituri u appoġġ professjonali, u għalhekk jista’ jżid il-probabbiltà li individwu jirnexxi fin-negozju.
Konsulenza dwar in-negozju
tip ta’ servizz għall-iżvilupp tan-negozju li jipprovdi pariri professjonali. Approċċ komuni huwa li servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju jiġu offruti bħala parti minn skemi ta’ appoġġ integrati u l-konsulenza dwar in-negozju ssir kundizzjoni biex wieħed jirċievi appoġġ finanzjarju.
Mentoraġġ
relazzjoni professjonali li fiha persuna li jkollha esperjenza (il-persuna li toffri gwida) tgħin lil persuna oħra (il-persuna li tkun qed tiġi ggwidata) tiżviluppa l-ħiliet u l-għarfien li se jsaħħu t-tkabbir professjonali u personali tal-persuna li jkollha inqas esperjenza. Ir-relazzjonijiet tipikament idumu aktar mir-relazzjoni tal-ikkowċjar.
Miżuri attivi tas-suq tax-xogħol
miżuri biex jgħinu lill-persuni qiegħda u lil persuni oħra jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Dawn il-miżuri tipikament jinkludu senserija tal-impjiegi (it-tqabbil tal-postijiet battala mal-persuni li jfittxu impjieg), taħriġ (biex jitjiebu u jiġu adattati l-ħiliet tal-applikanti għall-impjiegi), u ħolqien dirett ta’ impjiegi (jew impjieg fis-settur pubbliku jew is-sussidjar ta’ xogħol fis-settur privat).
Mudelli ta’ mġiba
imprenditur li jkollu esperjenza li jista’ jispira lil nies oħra jidħlu f'attivitajiet ta’ negozju ġdid jew impjieg indipendenti.
Sensibilizzazzjoni
tentattiv sistematiku biex jingħataw servizzi lil hinn mil-limiti konvenzjonali biex jiġu sensibilizzati taqsimiet partikolari ta’ komunità. Servizzi ta’ sensibilizzazzjoni jistgħu jitħaddmu biex jissaħħaħ il-profil ta’ servizzi (aktar ġenerali) u n-nies jiġu informati dwar il-provvista. Servizzi ta’ sensibilizzazzjoni jistgħu jintużaw ukoll biex jintlaħqu u jiġu involuti gruppi speċifiċi u dawk li għandhom it-tendenza li ma jużawx servizzi ġenerali. Approċċ wieħed huwa li jingħataw servizzi f’postijiet fejn il-persuni mill-komunitajiet fil-mira diġà jmorru (eż. ċentri tal-komunità, ċentri taż-żgħażagħ, postijiet ta’ qima, ċentri kummerċjali) minflok ma jiġi stabbilit uffiċċju ta’ sensibilizzazzjoni u jsir tentattiv biex in-nies jinġibdu lejh.ople to it.
Servizzi għall-iżvilupp tan-negozju
dawn huma servizzi li jkollhom il-ħsieb li jtejbu l-prestazzjoni tal-intrapriża billi jtejbu l-kapaċità tagħha li tikkompeti u li taċċessa s-swieq. Is-servizzi ta’ appoġġ tipikament jinkludu taħriġ, mentoraġġ, ikkowċjar, konsulenza, assistenza fil-kummerċjalizzazzjoni, informazzjoni, żvilupp u assistenza għat-trasferiment tat-teknoloġija u netwerkjar. Jiġu inklużi kemm kwistjonijiet strateġiċi (kwistjonijiet fuq medda ta’ żmien medju u fit-tul li jtejbu l-prestazzjoni) kif ukoll kwistjonijiet operazzjonali (ta’ kuljum).ded.
Spostament
il-limitu sa fejn in-negozji sussidjati jieħdu negozju minn u jispostaw l-impjieg f’negozju mhux sussidjat.
Telf nett
il-limitu sa fejn il-parteċipanti kieku jkunu stabbilixxew negozju ġdid mingħajr is-sussidju. Peress li l-imġiba ta’ dawn il-“parteċipanti deadweight” ma tiġix affettwata mill-iskema, il-parteċipazzjoni tagħhom ma tikkontribwixxix għall-valur ekonomiku li jiġi ġġenerat mill-iskema iżda tinvolvi nefqa pubblika. L-ispiża soċjali ta’ din in-nefqa hija s-somma tal-ispiża ta’ distorsjoni jew il-piż eċċessiv tat-taxxa li tiffinanzjaha.
Ħiliet tal-intraprenditorija
taħlita ta’ ħiliet tekniċi, ħiliet tal-ġestjoni tan-negozju u ħiliet personali meħtieġa biex wieħed jiftaħ u jaħdem f’negozju u f’impjieg indipendenti. Pereżempju, dawn jinkludu t-tfassil ta’ timijiet, in-negozjar, l-iżvilupp ta’ strateġija, l-ippjanar finanzjarju u l-kummerċjalizzazzjoni.