Merħba għall-Għodda Better Entrepreneurship Policy
Better Entrepreneurship hija għodda online maħsuba għal dawk li jfasslu l-politika u partijiet interessati oħra fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali li jixtiequ jesploraw kif il-politika pubblika tista’:
- Tappoġġja lin-nisa, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni qiegħda u l-migranti fil-ħolqien tan-negozju u l-impjieg li wieħed jagħmel għal rasu
- Tappoġġja l-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali
Ibda l-valutazzjonijiet individwali
Tista’ tuża l-għodda ta’ awtovalutazzjoni mingħajr ma tirreġistra iżda ser ikollok bżonn kont biex tkun tista’ tissejvja r-riżultati tiegħek.
Intraprenditorija inklużiva
Ibda l-valutazzjonijiet tal-grupp
Biex tipparteċipa f’valutazzjoni tal-grupp, ser ikollok bżonn kont. Dan se jippermettilek ukoll toħloq gruppi u tistieden lill-kollegi u partijiet interessati oħra biex jagħmlu l-valutazzjoni.
Idħol
Video file
L-intraprenditorija hija importanti għall-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku. Tista’ wkoll issaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tittratta l-isfidi tas-soċjetà permezz ta’ politiki ta’ intraprenditorija inklużiva u ta’ intraprenditorija soċjali.
Intraprenditorija inklużiva
L-intraprenditorija inklużiva tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali u tagħti lin-nies kollha opportunità ugwali biex jibdew u joperaw in-negozji.
Intraprenditorija soċjali
l-intraprenditorija soċjali tiffoka fuq intrapriżi soċjali, li huma negozji li għandhom l-għan li jkollhom impatt soċjali espliċitu permezz tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.